Mellieha S.C. Football Nursery: SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Avviż Numru: 01/2013

Il-Kumitat Amministrattiv tal-Mellieħa S.C. Football Nursery jikkonsidra offerti magħluqa li jaslu fl-Uffiċċju Amministrattiv tan-Nursery, fil-Mellieha Sports Complex,Triq Vincenzo Ciappara Mellieha, sa mhux aktar tard mis-5.00p.m. ta’ nhar l-Gimgha, 27 ta’ Settembru, 2013 dwar is-segwenti:

  • Bini tal-Club House tan-Nursery li jikkonsisti fi tliet sulari li jkopru  l-uffiċċji, dressing rooms u faċilitajiet relatati.
  • Option A: Open Plan.
  • Option B: Binja Shiha.

Id-dokumenti dwar l-offerta flimkien mal-pjanti jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tan-Nursery, filwaqt li s-sottomissjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli mehmuza mal-istess dokument. L-offerti kollha jinfetħu fil-pubbliku ezattament wara l-ħin tal-għeluq. Il-Kumitat jirriżerva d-dritt li jirrifjuta anke l-aktar offerta li tidher vantaġġjuza. Hemm ħlas ta’ €25 għal ġbir tad-dokumenti. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jcempel fuq in-numru 79047706.