Applikazzjonijiet mill-Mellieha SC Football Nursery ghall-Istagun 2013-2014

Il-Mellieha S.C. Football Nursery tilqa’ applikazzjonijiet ghall-istagun 2013/2014 minn tfal subien u bniet li twieldu mis-sena 2008 sas-sena 1998

L-applikazzjonijiet jistghu isiru mill-genituri tat-tfal fil-Mellieha Sports Club, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha mill-5:30 sas-6:30 ta’ filghaxija. L-ewwel sessjoni ta’ tahrig se ssir is-Sibt 14 ta’ Settembru, 2013 filghodu.

Ghal dawk it-tfal subien li se jinkitbu ghall-ewwel darba ikun hemm bzonn zewg ritratti tal-passaport u certifikat originali tat-twelid mir-registru pubbliku. Hlas ta’ mizata ta’ €150 ghal stagun shih (Ottubru – Mejju). It-tfal li se jinkitbu l-ewwel darba jinghataw ballun b’xejn mal-hlas tal-mizata.

It-tfal bniet se jkollhom sessjonijiet ta’ tahrig ghalihom minn kowcis femminili, jinghataw il-kit tan-nursery b’xejn.

It-tfal kollha ikollhom minimu ta’ zewg sessjonijiet tahrig fil-gimgha minn kowcis kwalifikati, kif ukoll jiehdu sehem f’diversi football festivals li torganizza jew tiehu sehem fihom il-Mellieha S.C. Football Nursery.

 

JOHN BUTTIGIEG 

Chairman/Amministratur