Jonathan Abela Memorial Tournament

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena Anniversarju tal-Mellieħa SC Football Nursery, għada l-Ħamis ser jiġi organizzat il-Jonathan Abela Memorial Tournament li fih ser jieħdu sehem it-timijiet tal-Under 12 tan-Nurseries tal-Mellieħa, Naxxar, Sliema u Marsaxlokk. Dan it-tournamet ser jiġi organizzat ġewwa l-grawnd tal-Mellieħa u jibda mit-08:00 san-12:30.