Bidu tal-istaġun 2015-2016

It-Tlieta 15 ta’ Settembru 2015

Ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal li jattendu l-Mellieħa SC Football Nursery fl-istaġun 2015-2016. Din il-laqgħa ser issir ġewwa s-sala tal-iskola primarja tal-Mellieħa u tibda fis-18:30. Matul din il-laqgħa tkun tista’ titħallas il-miżata ta’ € 175 jew € 310 f’każ ta’ iktar minn tifel wieħed. Il-laqgħa tiġi indirizzata miċ-ċerman u mill-Head Coach il-ġdid, Alex Delia. Matul din il-laqgħa jiġu diskussi l-pjanijiet tan-Nursery għas-sena d-dieħla.

Is-Sibt 19 ta Settembru 2015

Ser tiġi konċelebrata quddiesa għall-plejers kollha tan-Nursery fl-istess sala fit-8:30. Wara l-quddies issir l-1 sessjoni ta’ taħriġ għal dan l-istaġun.

Kit ġdid

Mis-sena li għaddiet in-Nursery tal-Mellieħa laħqet ftehim mal-Eurosport sabiex jissuplixxi l-kit il-ġdid tan-Nursery. Tfal li ser jingħaqdu għall-ewwel darba fin-nursery u dawk li jiffurmaw parti mill-kategoriji ta’ taħt it-8 u 9 snin, għandhom immorru l-Eurosport u jixtru l-Kit li jiswa € 120. Il-kit jinkludi dan li ġej:

  • Top u shorts
  • Kalzetti
  • Ġakketta tax-xita
  • Tracksuit
  • Basket
  • Ballun ta’ daqs 3/4/5 (Skont l-età – U6 sa U10 daqs3 u U11 sa U13 daqs 4

Kull min jixtri l-kit huwa ntitolat għal skont ta’ 30% fuq iż-żraben tal-futbol u skont ta’ 10% fuq prodotti kollha mixtrija mill-Eurosport.