Ftehim prestiġġjuż għan-Nursery tal-Mellieħa

Il-Mellieħa SC Football Nursery tħabbar uffiċċjalment ftehim ta’ partnership mal-Ajax Online Academy li hija l-id edukattiva tal-Ajax Academy li hija rinomata mad-dinja kollha bħala waħda mill-aqwa akkademji fid-dinja. Dan il-ftehim prestiġġjuż ser ikun qed jgħin lin-Nursery tagħna tipprovdi l-istess metodi ta’ taħriġ użati minn din l-akkademja. Din ser tkun qed tgħin lis-settur tekniku tagħna li jikkontrollaw sessjonijiet ta’ taħriġ u l-progress tal-membri afdati lilhom. Din tipprovdi wkoll  possibilitajiet ta’ korsijiet ‘train the trainer’ ma’ kowċ mill-akkademja tal-Ajax kif ukoll li staff tekniku tagħna jmur ġewwa l-Olanda sabiex josserva metodi ta’ taħriġ minn kowċis tal-Ajax.

Nixtiequ wkoll inħeġġu kowċis motivati u ambizzjużi li jixtiequ jkunu parti mit-tim tagħna sabiex jingħaqdu magħna mill-akar fis. Applikazzjonijiet ta’ tfal bejn 5 u 17-il sena huma wkoll miftuħa. Wieħed jista’ jsegwi dan il-link għal aktar informazzjoni.