Applikazzjonijiet Staġun 2015-2016

Il-Mellieħa SC Football Nursery qed tilqa’ applikazzjonijiet minn tfal ta’ bejn il-ħamsa u s-sbatax-il sena sabiex jiffurmaw parti minn Nursery. Kull min huwa nteressat huwa mitlub jimla din l-applikazzjoni. Applikanti ġodda huma mitluba li jippreżentaw ċertifikat oriġinali tat-twelid, erba’ ritratti tal-passaport u ċertifikat mediku.

Il-laqgħa tal-bidu tal-istaġun ser issir nhar it-Tlieta 15 ta’ Settembru 2015 u li matulha jingħata rapport dettaljat  dwar il-ħidma li saret matul l-istaġun li għadda kif ukoll jiġi spjegat fid-dettal il-programm u inizjattivi ġodda għall-istaġun li ġej.  Matul din il-laqgħa d-Director of Youth/Head Coach ikun qed jispjega fid-dettal il-programm tiegħu għal dan l-istaġun.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-18:00 u t-20:00 ġewwa l-Mellieħa Sports Club. Tista’ wkoll tibgħatilna email fuq melliehascfootballnursery@gmail.com għal aktar informazzjoni.

L-istaġun li ġej qed jipprometti li jkun staġun interessanti ħafna għan-Nursery tagħna b’inizjattivi ġodda mmirati li jagħmlu mit-tfal tan-Nursery plejers aħjar iżda fuq kollox irġiel u nisa aħjar. Nisperaw li tingħaqdu magħna għal dan il-vjaġġ interessanti.

Untitled-1