Penalty Shoot Out

Attività – Penalty Shoot Out 2015

IL-ĦADD 19 TA’ APRIL, 2015 MID-9.00a.m.

’L QUDDIEM FIL-GRAWND TAL-MELLIEĦA.

Regolamenti.
1. It-tfal kollha mill-Under 6 sal-Under 13 se jaghtu minimu ta’ sett ta’ hmistax-il penalty, jekk jigbru ta’ lanqas €10.
2. It-tfal jista’ jkollhom aktar minn sett wiehed ta’ penalties x’jaghtu, jiddependi kemm flus jigbru.

3. Jekk jigbru bejn €10 u €20 jaghtu sett wiehed. (1 x 15 il-penalty)

4. Jekk jigbru bejn €21 u €30 jaghtu 2 settijiet. (2 x 15 il-penalty)

5. Jekk jigbru bejn €31 u €40 jaghtu 3 settijiet. (3 x 15 il-penalty)

6. Jekk jigbru bejn €41 u €50 jaghtu 4 settijiet. (4 x 15 il-penalty)

7. Jekk jigbru minn €51 ‘il fuq jaghtu 5 settijiet.(5 x 15 il-penalty)

8. Dawk it-tlitt itfal f’kull Age Group, li jgibu l-akbar ammont ta’ punti f’xi sett partikolari ikunu r-rebbieha.

9. It-tfal tal-Under 6 u l-Under 7 se jixxuttjaw fil-lasti z-zghar u ghal kull gowl jinghataw 5 punti.

10. Ghat-tfal mill-Under 8 sal-Under 13, il-lasta se tkun maqsuma f’6 kwadranti, fejn kull kwadrant igorr mieghu ammont ta’punti. It-tfal jaghtu l-penalty u ovvjament jiehdu l-punti skont liema kwadrant jidhol il-ballun.

11. It-tfal tal-Under 15 u l-Under 17 se jigbru biss €10 u ghandhom Knock Out Competition bejniethom . Fl-ewwel rawnd jaghtu 10 penalties, imbaghad ikomplu jaghtu 5 penalties sal final fil-lasti l-kbar bil-goalkeeper.L-ewwel rawnd se titella ‘ l-polza imbaghad jkomplu skont kif tkun telghet il-polza. Ir-rebbieha fil-Kategorija Under 15 u fil-Kategorija Under 17 se jinghataw voucher ta’ €30 mill-Eurosport kull wiehed.

12. Dawk it-tfal li jiehdu sehem fil-penalty Shoot Out se jinghataw biljett f’lotterija skont kemm jigbru flus. Sa €20 jinghataw 2 biljetti li jibqghu jizdiedu b’2 biljetti ma’ kull €5 izjed.
13. Il-premjijiet tal-lotterija huma:

L-ewwel premju: €100 Voucher mill-Eurosport.

It-tieni premju: €60 Voucher mill-Eurosport.

It-tielet premju: €30 Voucher mill-Eurosport.

13. It-tfal kollha li jiehdu sehem jinghataw rigal ta’ tifkira.

14. Dawk it-tlitt it-fal li jigbru l-akbar ammont ta’ flus se jinghataw trofew. L-ammont irid ikun aktar minn €60.

15. Il-prezentazzjoni se ssir fl-ahhar tal-attivta’.

16. Ghal darb’ohra din l-attivita’ qeghda ssir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieha.

Se tkun organizzata ukoll kompetizzjoni ta’ ghoti tal-Penalties ghall-genituri. Hlas €5 u jinghataw 5 penalties. Ir-rebbieh jinghata voucher ta’ €30 mill-Eurosport.
Appell lilkom il-ġenituri.

Din l-attivita’ qeghda issir fi zmien meta se jibda x-xoghol fuq it-tieni fazi tal-binja tal-Clubhouse tan-Nursery, ghaldaqstant napprezzaw jekk tifhmu kemm huwa importanti li taghtu s-sehem taghkom ukoll sabiex t-tfal kollha jiehdu sehem u jigbru l-akbar ammont possibbli.

Grazzi tal-koperazzjoni.