Ħatra ta’ Head Coach ġdid għall-Mellieħa Football Nursery

 
Contract Head Coach (2)

Il-Mellieħa SC Football Nursery tħabbar li laħqet ftehim mas-sur Alex Delia sabiex dan jokkupa l-kariga ta’ Head Coach għall-istaġun 2015-2016. Hija l-mira tan-Nursery tal-Mellieħa li tkompli dejjem timxi ‘l quddiem u tibqa’ ttejjeb is-settur tekniku tagħha. Flimkien mas-sur Delia, in-Nursery tal-Mellieħa għandha ppjanati diversi inizjattivi li jkomplu jsaħħu n-Nursery u jagħtu aktar valur kemm lit-taħriġ li jingħataw il-plejers kif ukoll lill-kowċis li se jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom fil-programm ta’ taħriġ ta’ din is-sena. Il-kowċ Alex Delia huwa kkwalifikat b’Level 3 UEFA B (English FA) u għandu esperjenza vasta fil-coaching. Huwa okkupa diversi karigi fosthom Head Coach tat-tim tal-ewwel diviżjoni Msida SJ FC u Head Coach tan-Nursery ta’ Valletta FC. Barra minhekk huwa kien ukoll kowċ ta’ diversi timijiet oħra fosthom Mellieħa SC u Naxxar Lions li magħhom rebaħ promozzjonijiet mit-3et Diviżjoni sal-1el Diviżjoni.

Alex huwa wkoll membru tal-International Coaches Association u tal-FA Licensed Coaches’ Club (English FA).

Il-Mellieħa Sports Club Foootball Nursery hija fiduċjuża li bis-saħħa tal-faċilitajiet li għandna flimkien mal-ħidma li se jwettaq is-Sur Delia u l-kowċis kollha l-istaġun li jmiss se jkun wieħed pożittiv. Żgur li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha li se jattendu n-Nursery se jieħdu gost u fl-istess waqt ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom. Kull min jixtieq jirreġistra t-tfal tiegħu mal-Mellieħa SC FN jista’ jċempel fuq 79047706 jew 79604744.