Ftuh ta’ l-Istagun tat-Tahrig Tan-Nursery 2012/2013

Wasal iz-zmien li naghtu bidu ghal stagun iehor ta’ tahrig tal-ballun mill-Mellieha SC Football Nursery. Ghal dan il-ghan, in-Nursery se torganizza laqgha importanti ghalikom il-genituri tat-tfal li jattendu n-nursery, u anke dawk godda.

Il-laqgha se ssir nhar l-Erbgha 19 ta’ Settembru 2012 fis-6.30 pm fis-Sala tal-Iskola Primarja Mellieha.

Waqt din il-laqgha se jinqara rapport amministrattiv 2011/2012 kif ukoll ir-rapport finanzjarju 2011/2012. Issir l-elezzjoni biex jintghazlu 3 (tliet genituri) li jixtiequ jiffurmaw parti mill-Kumitat Amministrattiv tan-Nursery ghas-sena 2012/2013.
Jinghata taghrif dwar l-istagun il-gdid li se jibda s-Sibt 22 ta’ Settembru,2012.

Dawk il-genituri li jixtiequ johorgu ghal din l-elezzjoni huma gentilment mitluba li jimlew il-formola annessa u jaghtuha lill-amministratur tan-Nursery, is-sur John Buttigieg, sa nhar it-Tnejn 17 ta’ Settembru 2012 sas-7.00p.m. fil-Mellieha Sports Club.

Dak inhar tal-laqgha tkunu tistghu tixtru dawk l-affarijiet li t-tfal taghkom jehtiegu ghat-tahrig, bhal kit (jersey u qalziet), kalzetti u tracksuits. Tingabar ukoll il-mizata ghall-istagun 2012/2013. Ir-rati huma €150 tifel wiehed, €260 zewgt itfal jew tlitt itfal.Tfal li se jinkitbu ghall-ewwel darba huma mitluba li jgibu maghhom 2 ritratti (daqs tal-passaport) u certifikat tat-twelid (originali).

It-tfal bniet se jkollhom sessjonijiet ta’ tahrig ghalihom minn kowcis femminili, se jinghataw ukoll il-kit tan-Nursery b’xejn u jkunu jistghu jhallsu l-mizata wara 3 xhur ta’ prova.

Nappellalkom li jattendi ghall-inqas wiehed mill-genituri.