Attività ta’ ġbir ta’ Fondi

Qegħdin nippreparaw biex nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2014 norganizzaw attività għat-tfal u l-ġenituri ġewwa l-grawnd tagħna. Din l-attività ser tikkonsisti f’diversi logħbiet bejn it-tfal tal-istess grupp u bejn timijiet tal-ġenituri ta’ kull grupp. It-tfal li ser jiehdu sehem ser jinghataw frotta, fruit juice, ilma u cereal bar. Waqt l-attivitá ser ikun hemm ukoll l-possibiltá li jinxtara ikel mill-ground. Ser tkun qed tintalab donazzjoni ta’ € 5 għall-parteċipazzjoni ta’ kull persuna. . Nitolbu l-appoġġ massimu tagħkom għal din l-attività. L-attivitá ser tibda fid-disgha ta’ filghodu.

Il-fondi kollha miġbura matul din l-attività ser ikunu qed jgħinu lin-Nursery sabiex tkompli fil-proġett ambizzjuż tagħha tal-bini tal-club house. Dan il-bini ser ikun qed joffri diversi opportunitajiet lin-Nursery sabiex din tkompli tiżviluppha għall-ġid tat-tfal kollha li jattendu fin-Nursery.