Applikazzjonijiet Staġun 2016-2017

Il-Mellieħa SC Football Nursery qed tilqa’ applikazzjonijiet minn tfal ta’ bejn il-ħamsa u s-sbatax-il sena sabiex jiffurmaw parti minn Nursery. Kull min huwa nteressat huwa mitlub jimla din l-applikazzjoni. Applikanti ġodda huma mitluba li jippreżentaw ċertifikat oriġinali tat-twelid, erba’ ritratti tal-passaport u ċertifikat mediku.

Il-laqgħa tal-bidu tal-istaġun ser issir nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2016 u li matulha jingħata rapport dettaljat  dwar il-ħidma li saret matul l-istaġun li għadda kif ukoll jiġi spjegat fid-dettal il-programm u inizjattivi ġodda għall-istaġun li ġej.  Matul din il-laqgħa d-Director of Youth/Head Coach ikun qed jispjega fid-dettal il-programm tiegħu għal dan l-istaġun.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu dakinhar tal-laqgħa fejn tkun tista’ titħallas il-miżata annwali. Tista’ wkoll tibgħatilna email fuq melliehascfootballnursery@gmail.com għal aktar informazzjoni. Minn din is-sena l-kategoriji ta’ taħt it-tmien snin ‘l fuq ser jibda jkollhom tliet sessjonijiet ta’ taħriġ fil-ġimgħa.

L-istaġun li ġej qed jipprometti li jkun staġun interessanti ħafna għan-Nursery tagħna b’inizjattivi ġodda mmirati li jagħmlu mit-tfal tan-Nursery plejers aħjar iżda fuq kollox irġiel u nisa aħjar. Nisperaw li tingħaqdu magħna għal dan il-vjaġġ interessanti.