Staġun ġdid u eċitanti, b’inizjattivi ġodda għall-Mellieħa SC Football Nursery

Advert 1

Nhar il-Ħadd li għadda saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Mellieħa Sports Club u s-Sur John Buttigieg reġa’ ġie kkonfermat bħala ċerman tal-Mellieħa SC Football Nursery. Il-Kumitat il-ġdid, flimkien mal-Head Coach is-sur Alex Delia, diġà bdew jagħmlu l-preparamenti neċessarji sabiex kollox ikun lest għall-istaġun li ġej 2015 – 2016.

L-istaġun il-ġdid ser ikun wieħed impenjattiv ħafna għan-Nursery tagħna. Din is-sena, in-Nursery ser tkun kommessa li ttejjeb drastikament is-settur tekniku tagħha. Għal dan il-għan, in-Nursery, flimkien mal-Head Coach, qiegħda taħdem fuq proġett innovattiv ma’ wieħed mill-aqwa klabbs fis-settur taż-żgħażagħ fl-Ewropa li ser ikun qed joffri sistema ta’ għajnuna għall-kowċis tagħna sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa livell ta’ taħriġ lit-tfal kollha li jattendu n-Nursery tagħna. Bħalissa għaddejjin diversi diskussjonijiet u nittamaw li jkunu jistgħu jitħabbru aktar dettalji mill-iktar fis.