Summer Camp 2017

19 Aug

Matul is-Sajf 2017, il-Mellieħa SC Football School organizzat is-Summer Camp 2017. Matul is-Summer Camp it-tema kienet l-FA Soccer Star Challenge li toffri taħriġ speċifiku fuq it-teknika individwali tal-plejers. Saru wkoll testijiet speċifiċi sabiex jiġi assessjat it-titjib tal-parteċipanti. Matul din is-Summer Camp ħadu sehem 62 parteċipant/a u ġie fi tmiemu nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu b’sessjoni ta’ fun games. Ringrazzjament lill-Head Coach u l-kowċis tal-impenn tagħhom u l-ġenituri kollha li ġabu lil uliedhom għal dawn is-sessjonijiet.