Jonathan Abela Memorial Under 12′s Football Festival

[nggallery id=61 w=280 h=210 template=carousel images=7]

Din kienet l-ghaxar edizzjoni tal-Jonathan Abela Memorial. Kien fl-2004 meta giet organizzata l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-memorial. Il-hsieb ewlieni huwa li tibqa’ tghix fostna l-prezenza ta’ Jonathan. Ghal min ma jafx Jonathan Abela kien zaghzugh ta’ sittax-il sena li kien jifforma parti min-Nursery tal-Mellieha meta l-Mulej ghogbu jsejjahlu hdejh. Jonathan kien zaghzugh attiv, ezemplari u ta’ inspirazzjoni ghal shabu kollha fit-tim li kien jifforma parti minnu. Meta tlifna lil Jonathan, in-Nursery tilfet wiehed minnha, ghalhekk hassejna li l-memorja ta’ Jonathan ghandha tibqa’ tghix maghna kull hin u kull mument.

Din is-sena ghogobna nilqghu fostna t-timijiet tan-Naxxar, San Gwann, Valletta, Zebbug,Mosta, flimkien mal-Mellieha, kollha fil-kategorija Under 12.

Ringrazzjament specjali imur lis-sur Ray Galea u lill-genituri ta’ Jonathan, li sa mill-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival, ghenu sabiex dan jkun jista’ jikseb is-success mixtieq.